Tlett kantanti mill-akademja "Singer Stage" immexxija minn Priscilla Giordano Psaila maghrufa aktar bhala KAYA nhar is-sibt 7 ta' Mejju telqu minn Malta fejn marru jirraprezentaw lil Pajjizna F'konkors Internazzjonali fil-Polonja "MAY NOTE SONG AND DANCE FESTIVAL" gewwa Czestochowa.

Din kienet 25 edizzjoni ta' dan il-konkors. Il-Hadd 8 ta' Mejju kien hemm l-eleminatorja tal-kantanti solisti fejn b'kollox kien hemm 131 kantant minn 7 pajjiz differenti li kienu Russia, Maldovia, Estonia, Polonja, Rumanija, Ukraina U Malta, il-kantanti kienu maqsumin f'hames kategoriji:
Kategorija A minn 6 snin sa 10 snin.
Kategorija B minn 11 -il sena sa 13 -il sena
Kategorija C minn 14 -il sena sa 16 -il sena
Kategorija D minn 17-il sena sa 19 -il sena
Kategorija E minn 20 il fuq

Il-kantanti Maltin Emma Cutajar ta' 9 snin, Anhelica Pace tfajla ta' 13 -il sena u Graziella Vella ta' 22 sena irnexxielom kollha jaslu sal-finali li sar fid-9 ta' Mejju.

Malta harget b'success kbir f'dan il-konkors fejn Il-Grand Prix intrebhet mil-kantanta Maltija Graziella Vella bil-kanzunetta "Broken Vow". Graziella ilha imexxija minn Kaya minn Mindu kellha biss 11 -il sena ghal Graziella din kienet it-tieni esperjenza Internazzjonali fejn f'Ottubru tas-sena l-ohra kienet rebbieghha fl-ewwel post f'CANTAGIRO li sar fi Guidonia gewwa l-Italja.

Graziella waqt li kienet fil-Polonja hadet rizultat iehor sabih, fejn saret taf li ghamlita ghal finali tal-konkors Malti "L-ghanja tal-poplu" bil-Kanzunetta "Wahdi Mieghek" fuq lirika ta' Ingrid Vella u muzika ta' Kaya. Ghal Kaya din hija it-tieni Kanzunetta li kitbet ghal dan il-konkors, wara li 2001 Kaya kienet rebbieghha kemm bhala kompozitrici kif wkoll bhala kantanta flimkien ma' Frans Baldacchino il-budaj bil-Kanzunetta "Tisimghu Tissahhar".

Emma Cutajar ta' 9 snin irnexxielha tikseb l-ewwel post f'kategorija A minn 34 kantant bil-kanzunetta "Girl on fire". Ghal Emma din kienet it-tieni esperjenza Internazzjonali.

Anhelica Pace tfajla ta' tlettax -il sena kisbet ukoll l-ewwel post f'kategorija B min 39 kantant bil-kanzunetta taljana "e puoi". Anhelica kellha bosta esperjenza Internazzjonali u harget rebbieghha fost bosta minnhom: Russia, Rumanija, Italja, Lituania, Sicily u ohrajn


Music News Malta Editor -- Mr Joseph Portelli

ON TOUR - BUY TICKETS NOW!

,

LATEST NEWS