KKI Jr 2014

Regolamenti dwar parteċipazzjoni
1. ORGANIZZAZZJONI
1.1 Il‐Konkors isir taħt l‐awspiċi tal‐Partit Nazzjonalista.
1.2. KKI Jr 2014 qed jittella bħala parti mill-attivitajiet tal-“50 Sena
Nazzjon”.
1.3 Il‐Konkors hu miftuħ għal dawk il-kantanti ta’ bejn it-tmien (8) snin u lħmistax
(15)-il sena (ma jridux ikunu għalqu is-sittax (16)-il sena fil-21
ta’ Settembru 2014).
2. FAŻIJIET
2.1 Il-kanzunetti jgħaddu minn tliet fażijiet ta’ eliminazzjoni.
2.2 Fl‐ewwel fażi, il‐ġurija tisma’ l‐kanzunetti kollha (vuċi u mużika fuq
CDs).
2.2.1 Jintgħażlu: 40 kanzunetta.
2.3 Fit‐tieni fażi, il‐kanzunetti magħżula jerġgħu jgħaddu quddiem
ġurija, din id‐darba b’interpretazzjoni live, (half playback).
2.3.1. Fl‐aħħar tat‐tieni fażi, jintgħażlu: 20 kanzunetta.
2.4 Dawn l-20 kanzunetta jikkompetu fit-tielet fażi f’serata fuq il-Fosos
tal-Furjana waqt il-Festi tal-Indipendenza 2014 nhar it-Tlieta 16 ta’
Settembru 2014.
3. KOMPOŻITURI U AWTURI
3.1 Il‐Konkors hu miftuħ għall‐kompożituri u awturi ta’ nazzjonalità
Maltija.
3.2 Il‐kompożituri u awturi jagħżlu huma stess il‐kantanti għall‐kanzunetti
tagħhom.
3.3 Kull kompożitur u awtur jista’ jibgħat aktar minn kanzunetta waħda.
4. KANTANTI
4.1 Il‐kantanti prinċipali magħżula mill‐kompożituri u awturi jridu jkunu ta’
nazzjonalità Maltija.
4.2 Gruppi ta’ kantanti vokali u strumentali, eċċ jkunu meqjusa bħala
kantant/a wieħed/waħda.
4.3 Il-kantant/a ma j/tistax j/tinterpreta aktar minn kanzunetta waħda mittieni
fażi ‘l quddiem.
4.4. F’każ li kantant/a i/tkun abbinat/a ma’ aktar minn kanzunetta waħda
magħżula, tgħaddi awtomatikament dik bl-ogħla punteġġ, filwaqt li
l‐kompożitur u l‐awtur jingħataw l-opportunità jagħżlu kantanti oħra
għall-kanzunetti l-oħra magħżula.
4.5. Il‐Kumitat għandu jiġi nfurmat fi żmien tnax (12)‐il siegħa b’din
id‐deċiżjoni u jirriserva d-dritt li jiġġudika wkoll lill-kantanti ġodda.

5. KANZUNETTI
5.1 Il‐Konkors mhux marbut ma’ tema partikolari, iżda l‐versi jkunu
adattati għall-età tal-kantant/a u ma jridux ikunu joffendu sentimenti
reliġjużi, politiċi, ta’ razza u ta’ sess. Kanzunetta li, fl‐opinjoni
tal‐organizzaturi, ma tkunx konformi ma’ dawn ir‐regolamenti, tiġi
eliminata.
5.2 Il‐kanzunetti jridu jkunu oriġinali, bl‐ilsien Malti, inediti (qatt ma ġew
pubblikati jew interpretati fil‐pubbliku qabel is‐sottomissjoni) u ħielsa
minn kull tip ta’ materjal inkriminatorju u li jista’ joffendi.
5.3 Il‐kanzunetti jridu jkunu ta’ bejn tliet minuti u tliet minuti w nofs kull
waħda.
5.4 Il‐mużika tal‐kanzunetti trid tkun ipprovduta permezz ta’ prerecording
fuq CD. L‐arranġamenti u r‐recordings isiru a spejjeż tal‐kompożitur u
l‐awtur.
5.5 L‐organizzaturi jżommu d‐dritt li jaraw li l‐kwalità tar‐recording tkun
ta’ livell.
5.6 Waqt is‐serata finali tal‐KKI Jr 2014, il‐vuċijiet prinċipali jkunu kollha
live. Il‐backing vocals jistgħu jiġu rrekordjati jew ikantaw live.
5.7 Strumenti mhux se jindaqqu live. Madankollu, jekk se jintużaw
strumenti, għall‐apparenza biss, l‐organizzaturi xorta waħda jridu
jkunu nfurmati minn qabel.
5.8 Il‐kanzunetta rebbieħa terġa’ tiġi nterpretata fl‐aħħar tas-serata
tal‐finali tal‐KKI Jr 2014 u waqt l‐aħħar serata tal‐Festi
tal‐Indipendenza 2014 fuq il‐Fosos tal‐Furjana.
6. APPLIKAZZJONIJIET
6.1 Kull formola għandha tintuża’ għal kanzunetta waħda biss. Jistgħu
jintużaw fotokopji tal‐istess formola f’każ li se jiġu sottomessi aktar
minn kanzunetta waħda.
6.2 Għal kull kanzunetta jridu jigu ppreżentati żewġ envelopes (ipprovduti
mill‐applikant) immarkati – “A” u “B”.
6.3 Envelope “A” irid ikun immarkat fuq barra bin‐nom de plume BISS u
mmarkat bil‐kelma “FORMOLA”. Dawn l‐envelopes, li jinkludu
d‐dettalji personali, jinfetħu biss WARA l-ewwel fazi.
6.3.1. Fuq ġewwa ta’ envelope “A” jrid ikun hemm BISS:
- il‐formola tal‐applikazzjoni;
- CD li tinkludi: kopja elettronika tal‐lirika, profil qasir bil‐Malti
tal‐kantant/a, tal‐kompożitur u tal‐awtur li qed jippartecipaw.
Dan il‐materjal jintuża’ fil-promozzjoni tal‐kanzunetti. Fuq iċ‐CD
għandu jkun hemm imniżżel isem il‐kanzunetta.
6.4 L‐envelope “B” irid ikun immarkat fuq barra bin‐nom de plume, kif
ukoll bil‐kelma “MATERJAL”.
6.4.1 Fuq ġewwa ta’ envelope “B” irid ikun hemm:
- għaxar (10) kopji tal‐versi tal‐kanzunetta ttajpjati
b’indikazzjoni taħt liema kategorija qed jippartecipa l-kantant/a;
- CD bi track one – recording ċar tal‐kanzunetta bil‐vuċijiet
kollha, u track two – recording ċar tal-mużika biss (backing).

Fuq iċ‐CD għandu jkun hemm imniżżel isem il‐kanzunetta u
n‐nome de plume.
Hu mportanti li kulma jkun hemm f’dan l‐envelope (“B”), ikun
immarkat bl‐isem tal‐kanzunetta u bin‐nom de plume BISS. Kull tip
ta’ sinjal ieħor li jista’ jidentifika lill‐kompożitur jew lill‐awtur jew
il‐kantant/a iservi biex il‐kanzunetta tkun eliminata.
6.5 Għal kull kanzunetta li tkun sottomessa, irid isir ħlas ta’ €50 (ħamsin
Euro) u tinħareg riċevuta f’isem in‐nom de plume tal‐kanzunetta
partikulari.
6.6 Il‐kanzunetti għandhom jiġu sottomessi bejn id‐9am u s‐7pm talĦamis
u l-Ġimgha, 17 u 18 ta’ Lulju 2014.
7. ĠURIJA
7.1 F’kull fażi, il‐ġurija tkun differenti.
7.2 Għall‐fażi eliminatorja, is‐smigħ tal‐kanzunetti applikanti ser jinqasam
fuq ġranet skont kemm jidħlu applikazzjonijiet u kif jiġi deċiż
mill‐Kumitat.
7.3 Wara l-ewwel żewġ fażijiet eliminatorji, il‐kantanti jikkompetu
bejniethom fi programm fuq NET Television u jkun il‐ġudizzju tattelespettatturi
li jiddetermina l-kazunetta li tirbaħ l-Għażla tal-Publiku.
8. PREMJIJIET
8.1 Il‐premjijiet jitqassmu kif ġej:
L-ewwel post: Trofew, rigal għat-tfal u €800
It-tieni post: Trofew, rigal għat-tfal u €600
It-tielet post: Trofew, rigal għat-tfal u €400
8.2 Jingħata trofew separat f’każ li l‐kantanti, il‐kompożituri u/jew l‐awturi
rebbieħa jkunu differenti.
8.3 Jingħata trofew lill‐kompożitur, lill‐awtur u lill‐kantant/a
tal‐kanzunetta li tirċievi l‐akbar ammont ta’ voti fir‐riżultat
tat‐televoting tal‐pubbliku.
9. DRITTIJIET
9.1 Id-drittijiet kollha tal-kanzunetti jibqgħu tal-kompożituri u l-awturi
rispettivi.
9.2. L‐organizzaturi jżommu d‐dritt li jagħmlu użu tal‐kanzunetti kompluti li
jgħaddu għas‐serata finali.
10. DATI
10.1 L‐ewwel eliminatorja ssir fis-26 ta’ Lulju 2014 u t‐tieni eliminatorja ssir
fit-2 ta’ Awissu 2014. Kantanti applikanti għandhom iżommu l‐ġurnata
tat‐tieni eliminatorja vojta biex jkunu f’pożizzjoni li jinterpretaw ilkanzunetta
tagħhom live, filwaqt li mhux se jingħataw ġranet oħrajn
minbarra din.
10.2 Is‐serata finali tal‐KKI Jr 2014 se ssir matul il‐festi tal‐Indipendenza, li
jsiru fuq il‐Fosos tal‐Floriana, f’Settembru 2014. Nhar it-Tlieta 16 ta’
Settembru.

11. AFFARIJIET OĦRA
11.1 Filwaqt li l‐organizzaturi jkunu disposti jikkunsidraw is‐suġġerimenti
kollha li jsirulhom, iżommu d-dritt li dawk id‐deċiżjonijiet li jittieħdu
minnhom dwar l‐organizzazzjoni, kif ukoll id‐deċiżjonijiet tal‐ġurija
f’kull fażi tal‐Konkors, ikunu finali u inappellabbli.
11.2 Wara l-Konkors, il-partecipanti kollha jistgħu jiġbru l‐materjal tagħhom
fuq preżentazzjoni tal‐irċevuta sa erba’ ġimgħat wara.
11.3 L‐informazzjoni u l‐materjal (hawn taħt imsemmija) tal‐kanzunetti
finalisti, iridu jaslu għand l-organizzaturi sa mhux aktar tard minn 24
siegħa minn mindu jitħabbru l‐finalisti:
a. numru ta’ nies li se jkunu fuq il‐palk (dan in‐numru għandu
jinkludi kantanti, backing vocalists, żeffiena, mużicisti, eċċ).
In‐numru ta’ persuni li jakkumpanjaw lill‐kantant/a fuq il-palk
(minbarra l‐backing vocals) ma jistax ikun ta’ aktar minn sitt (6)
persuni.
b. jekk humiex se jintużaw strumenti jew props.
11.4 Videos ta’ kanzunetti jew bi stampi u kanzunetti fuq l‐internet eċċ
mhumiex permessi, sakemm ma jkunux dawk meħuda minn
programmi ta’ NET Television.
11.5 Sal-għada tal-Konkors, kantanti li jkunu qed jieħdu sehem ma jistgħux
ikantaw il‐kanzunetta li qed jieħdu sehem biha fil‐pubbliku jew fuq
stazzjonijiet tat‐televiżjoni jekk mhux kif indikat mill‐Kumitat.
11.6 Kull fażi tal-Konkors tista’ tiġi ffilmjata jew jinġibdu ritratti millorganizzaturi
għall-fini ta’ pubbliċità.
11.7. Sottomissjoni ta’ kanzunetti fil‐KKI Jr 2014 jimplika aċċettazzjoni ta’
dawn ir‐regolamenti.


Kull korrispondenza għandha tkun indirizzata hekk:

KKI Jr 2014
Dar Ċentrali Partit Nazzjonalista
Triq Herbert Ganado,
Tal‐Pietà – PTA 1450

Għal aktar informazzjoni staqsu għal:
Claudette Buttigieg ‐ Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv tal-KKI Jr 2014

www.maltarightnow.com

LATEST NEWS