Finalisti 2018

Jitħabbru l-finalisti tat-42 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija li ser jittella’ s-Sibt l-1 ta’ Settembru fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

Għal din l-edizzjoni tal-festival b’kollox daħlu 137 kanzunetta. L-ewwel ġurija semgħet il-kanzunetti rrekordjati fuq CD, u minnhom għażlet l-aħjar 42 kanzunetta . Dawn imbagħad instemgħu kantati live u akkumpanjati minn recorded backing mit-tieni ġurija li għażlet is-sittax-il kanzunetta finalista, elenkati hawn:

Is-Sittax-il Kanzunetta Finalista tat-42 edizzjoni, f’Ordni Alfabetika:

Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur/i, Kompożitur/i)
Allura – Philip Vella (Joe Chircop, Philip Vella)
Anamika – Monica Said (Monica Said, Conrad Dimech & Michael Camilleri)
Bis-Serqa – Rita Pace
Din L-Art Ħelwa – Dominic u Ina (Joe Julian Farrugia, Andrew Zahra)
Fi Ilsien in-Nies – Dario u Grecia Bezzina (Emil Calleja Bayliss/Dario Bezzina, Dario Bezzina)
Fjuri tal-Karti – Krista Spiteri Lucas (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
Għaliex Tlaqt? – Ruth Portelli (Ryan Caruana, Mark Scicluna)
Ħadd Ma Jaf Xi Jrid – Jamm Band
L-Aħħar Żifna – Mark Cachia
L-Immigrant – Alan Casha (Alan Casha & Andrew Vella)
Mhux Kif Ħsibt – Dwett (Giovann Attard, Pamela Bezzina &Alex Debono)
Mhux Kulma Jleqq Deheb – Michela Galea (Emil Calleja Bayliss, Renato Briffa)
Min Aħna? – Cain Portelli (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
Nistenniek – Charlene (Corazón Mizzi)
Pawlu I-Babaw – Neville Refalo (Corazón Mizzi & Neville Refalo)
Wegħdni – Lydon Incorvaja (Rita Pace, Glen Vella)

Il-ġurija espremit li kienet kuntenta bil-livell milħuq.

Il persuni li taw is-sehem tagħhom bħala membri tal-ġurija kienu s–sinjuri : Bertu Aquilina, Michael Bugeja, Rita Calleja, Maria Ciappara, Vince Fabri, Justin Galea, Frank O’Neill, Vanni Pule, Jesmond Tedesco Triccas u Mariele Zammit. Fl-istadju tal-finali, il-ħsieb huwa li r-rebbieħa jkunu magħżula minn ġurija popolari flimkien ma’ ġurija esperta.

It-42 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan il-festival huwa organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Pjazza Teatru Rjal u b’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti. Il-Malta Concert Orchestra ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.

L-Għanja tal-Poplu hija mgħejjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.


www.facebook.com/GhanjaTalPoplu

Music News Malta Editor -- Mr Joseph Portelli

ON TOUR - BUY TICKETS NOW!

,

LATEST NEWS