Isem: Joseph Refalo

Meta u fejn Twelidt: 16 ta’ Frar 1993, Ix-Xagħra (Għawdex)

Fejn Toqghod: Ħaż-Żebbuġ (Malta)

Facebook:
www.facebook.com/joseph.refalo.official

Twitter:
www.twitter.com/josephrefalo

Kanzunetta : “Aċċettajt”

Link tal-Kanzunetta :

www.youtube.com/watch?v=UAIxEx870BA&list=PLlJyeli2Aum5J0pjcDWQ4u82_PbkCrGpr&index=23

L-ewwel esperjenza ta kant f’hajtek: Kien ġo festival tal-kant fl-istess lokalita’ ta’ twelidi, ix-Xagħra.

Ghidilna mument li ma tinsa qatt waqt li kont qed tkanta: Kont qed nkanta u kien hem xeba wires jigru fuq quddiem tal-palk u xi tfal ghaddew jigru u gibduli l-wire tal-microphone u il-microphone spicca tar minn idi!

Minn huwa/hija/huma l ispirazzjoni tieghek fil muzika: Anastacia hija mara t’ispirazzjoni kbira għalija għaliex għaddiet minn ħafna affarijiet, iżda dejjem terġa tiġi lura b’saħħitha. Mara ta’ eżempju kbir b’talent ħafna akbar. Pero jekk issaqsini fuq ispirazzjoni kemm ta’ muzika u kemm ta’ hajja personali, ikolli nirrispondik Celine Dion. Hija ispirazzjoni kompluta għalija.

Kantanta/Kantant Barrani Favorita/Favorit: Anastacia u Celine Dion fix-xena internazzjonali u Pamela, waħda mill-għalliema tal-kant tiegħi, fix-xena lokali.

Tahseb li l-lingwa Maltija hija importanti fil kant u jekk iva/le ghidilna ghalfejn: Il-lingwa Maltija għandha rwol importanti ħafna fil-kant għaliex l-espressjoni hija kollox fil-mużika, u jekk aħna m’għandnix l-opportunitá li nesprimu ruħna fil-lingwa tagħna, mela hemm problema.

Ikla Maltija favorita: Torta tal-Lampuki

Ikla barranija favorita: Paella

Xarba favorita: Ilma

Pajjiz favorit: S’issa, Pariġi l-aktar post, jigifieri fi Franza. Pero jekk tgħidli fejn ngħix, ngħidlek Londra.

Hemm xi haga li ma tghaddix minghajra meta tohrog: Il-kartiera, għaliex kif jgħidu, mingħajr flus la tgħannaq u lanqas tbus, mhux hekk ? :)

Ghandek xi storja qasira komika li gratlek u li tixtieq taqsam maghna: Hemm ħafna kieku, pero hemm waħda partikolari li sħabi qatt m’huma ha jħalluni ninsa’! Konna ha nsiefru Venezja (suppost) u kelli naqta’ l-biljetti jien. Ma nafx kif u x’fatta minflok ma qtajthom ghal Venezja, kif kien pjanat, qtajthom għal Vienna hahahaha.


For more information visit :

www.facebook.com/kkindipendenza/?fref=ts

www.maltarightnow.com

Music News Malta Editor -- Mr Joseph Portelli

LATEST REVIEWS