Isem: Clive Muscat


Meta u fejn Twelidt: 26 ta' Marzu 1991 il-Pietà


Fejn Toqgħod: Kappara


Website / Facebook / Twitter You Tube Links:

www.facebook.com/muscatclive

Kanzunetta : Sliem Għalik

Link tal-Kanzunetta :

www.youtube.com/watch?v=Vwgcx3tr2Ko

L-ewwel esperjenza ta' kant f’ħajtek:

L-ewwel esperjenza tiegħi kienet fil-kor tal-iskola fejn saħansitra kienu jagħtuni xi partijiet bħala solist. Minn hemm imbagħad l-għalliema flimkien mal-kap tal-iskola ħeġġew lill-ommi sabiex nibda nattendi lezzjonijiet tal-kant.

Għidilna mument li ma tinsa qatt waqt li kont qed tkanta:

Mument li qatt ma ninsa hu meta kont qed inkanta u niżfen f'attività Għawdex u waqt iż-żifna żlaqt u spiċċajt wiċċi mal-art. Però, mill-ewwel qomt u komplejt ghaddej.


Min huwa/hija/huma l-ispirazzjoni tiegħek fil-mużika:

L-ispirazzjoni tiegħi fil-mużika huma bla dubju Glen Vella, il-vocal coach tiegħi, kif ukoll Pamela Bezzina. Huma żewġ kantanti li apparti li huma versatili mmens, it-tnejn għandhom passjoni kbira għall-mużika u dejjem lesti biex jaqsmu esperjenzi mużikali ġodda mal-oħrajn.


Kantanta/Kantant Barrani Favorita/Favorit:

Inħobb insegwi bosta kantanti barranin għaliex nemmen li kull artist għandu xi ħaġa unika li mingħandu tista' titgħallem. Madankollu, li kieku kelli nsemmi wieħed partikulari żgur ikun Olly Murs.


Taħseb li l-lingwa Maltija hija importanti fil-kant u jekk iva/le għidilna għalfejn:

Nemmen li l-mużika hija mezz ta' komunikazzjoni li permezz tagħha twassal messaġġ. B'hekk nemmen li kull lingwa hija importanti fil-kant, inkluż il-lingwa Maltija. Il-fatt li hija lingwa li permezz tagħha nazzjon jikkomunika, jagħmilha lingwa importanti fil-kant daqs kull lingwa oħra.

Ikla Maltija favorita: Għaġin il-forn


Ikla barranija favorita: Lasagne


Xarba favorita: Iced Tea


Pajjiż favorit: Ir-Renju Unit


Hemm xi ħaġa li ma tgħaddix mingħajra meta toħroġ:

Żgur ma noħroġx mingħajr il-mowbajl. Apparti l-fatt li huwa mezz ta' komunikazzjoni, permezz tiegħu dejjem niġbed xi ritratt jew stessu bħala tifkira tal-okkażżjoni li tkun.


For more information visit :

www.facebook.com/kkindipendenza/?fref=ts

www.maltarightnow.com

Music News Malta Editor -- Mr Joseph Portelli

LATEST REVIEWS