Isem: Andy Muscat


Meta u fejn Twelidt: 29 t’Ottubru 1991, Malta


Fejn Toqghod: Gżira, Malta


Website / Facebook / Twitter You Tube Links:

www.facebook.com/andymuscat29

www.youtube.com/andymuscat29

soundcloud.com/l-ghanja-tal-poplu/06-habta-u-sabta

L-ewwel esperjenza ta kant f’hajtek: Meta kelli 18, kont ktibt il-kliem għal xi diski li kantajna f’quddiesa għaż-żgħażagħ ġol-knisja ta’ Ta’ Xbiex.


Ghidilna mument li ma tinsa qatt waqt li kont qed tkanta: Meta kont parti mill-produzzjoni ta’ Fiddler on The Roof, fit-Teatru Manoel, konna vera sirna ħbieb. L-aħħar show kienet vera diffiċli għal kulħadd biex iżomm lura milli jibki fuq il-palk. X’hin ingħalqu l-purtieri għall-aħħar darba, ħadd ma felaħ iżomm aktar u avolja kien hemm ħafna dmugħ involut, kienet sensazzjoni ta’ għaqda vera sabiħa.


Minn huwa/hija/huma l ispirazzjoni tieghek fil muzika: Bħala ġeneru jogħġobni ħafna l-Musical Theatre, allura jispirawni nies bħal Stephen Sondheim, Andrew Lloyd Webber, Claude-Michel Shönberg u Alan Menken.


Kantanta/Kantant Barrani Favorita/Favorit: Fid-dinja tat-teatru, Ramin Karimloo, u Ed Sheeran bħala kantant ta’ mużika popolari.


Tahseb li l lingwa Maltija hija importanti fil kant u jekk iva/le ghidilna ghalfejn:

Iva. Il-mużika sabiħa għax tgħaqqad id-differenzi ta’ kull min jismagħha. M’hemmx għalfejn tifhem il-kliem biex tifhem l-emozzjoni u jekk il-lingwa Maltija ma nużawhiex biżżejjed għax forsi m’hawnx ħafna barranin li jafu bil-Malti, żgur m’għandniex l-iskuża li l-lingwa ma toħroġx l-emozzjonijiet tal-kantant. Personalment, meta nkanta bil-Malti, il-kliem kapaċi noħroġhom b’aktar saħħa għax juru verament jien min jien. Mhux qed ngħid li ħażin tkanta bl-Ingliż. Bħala għalliem tal-Ingliż, dan żgur mhux il-każ, pero nemmen ħafna fil-lingwa Maltija u naħseb tajjeb li nkomplu nsaħħu dak li juri li aħna Maltin.


Ikla Maltija favorita: Ħobż biż-żejt Ikla barranija favorita: Sushi


Xarba favorita: Kinnie


Pajjiz favorit: Italja


Hemm xi haga li ma tghaddix minghajra meta tohrog: Il-mobile


Ghandek xi storja qasira komika li gratlek u li tixtieq taqsam maghna: Waqt li kont qed inkanta fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tac-CHOGM 2015, mal-Animae Gospel Choir, ħareġ ikanta magħna it-tenur, Joseph Calleja, li ġie eżatti warajja. Lil Calleja, nammirah ħafna u dejjem xtaqt niltaqa miegħu, pero jien ma kontx naf li ħa jiġri hekk u dak il-ħin lanqas indunajt li kien qiegħed hemm. Mbgħad mort lura d-dar u rajt il-video u r-ritratti fuq l-internet!


For more information visit :

www.ghanjafest.com/

www.facebook.com/GhanjaTalPoplu/?fref=ts

Music News Malta Editor -- Mr Joseph Portelli

ON TOUR - BUY TICKETS NOW!

,

LATEST REVIEWS