Jitħabbru il-kanzunetti finalisti

L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija (40 Ed)

Dawn huma it-18 il-kanzunetti finalisti f’ordni alfabetika ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija

Kanzunetta / Awtur / Kompożitur

Bħal Tifla Zghira (Rita Pace / Marco Debono)

Ħabta u Sabta (Andy Muscat / Mark Scicluna)

Ħallejt il-Passi Wrajk (Paul Ellul / Glen Vella)

Ħanini (Walter Micallef / Walter Micallef)

Id-Dieher (Augusto Cardinali / Augusto Cardinali)

Il-Biża’ u Jien (Rita Pace / Pamela Bezzina)

Is-Sinjur (Emil Calleja Bayliss / Mark Scicluna)

Jien Biss (Joe Julian Farrugia / Dominic Cini)

Ma Ninsiex (Joe Julian Farrugia / Augusto Cardinali)

Mellisni (Joe Chircop / Mark Spiteri Lucas)

Ngħidlek (Joe Julian Farrugia / Miriam Christine)

Pupa tal-Plastik (Paul Ellul / Marco Debono)

Ta’ Billejl (Paul Ellul / Mark Spiteri Lucas)

Tama (Shyli, Jasmar, Kapitlu Tlettax / DJ Mac, David Leguesse, Shyli)

Taptipa fuq l-Ispallejn (Emil Calleja Bayliss / Pamela Bezzina)

Waħdi Miegħek (Ingrid Vella / Kaya)

Xagħar Twil (Ingrid Vella / Mark Laurence Zammit)

X’Se Jsir? (Corazon Mizzi / Corazon Mizzi)


Il-ġurija li ġġudikat il-kanzunetti kienet komposta mis-sinjuri Adrian Mamo, David Azzopardi, Martina Caruana, Miriam Cassar, Noel D’Anastas u Vince Fabri. Il-festival ser jiżvolġi xahrejn oħra fi Pjazza Teatru Irjal. Is-serata tas-semi-finali ser issir nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju fejn jintagħżlu l-aħjar 12-il kanzunetta, u s-Sibt 9 ta’ Lulju issir is-serata finali fejn jitħabbru r-rebbieħa tal-40 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija.

Il-festival hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien ma’ Spazju Kreattiv, il-KunsilI Malti għall-Arti u l-PBS. L-orkestra tal-PBS ser tkun qed tagħti s-sehem tagħha f’dan il-Festival b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.


For more information visit :

http://www.ghanjafest.com/

www.facebook.com/GhanjaTalPoplu/?fref=ts

Music News Malta Editor -- Mr Joseph Portelli

ON TOUR - BUY TICKETS NOW!

,

LATEST NEWS